|
|
Fil-Kamra s-Skura
Nhar is-Sibt, 15 ta' Mejju, 2010, fis-7.00pm fis-sala prinċipali tal-Kavallier ta' San Ġakbu, se jitnieda l-ktieb ta' poeżiji ta' Joe Brincat, Fil-Kamra s-Skura, ippubblikat minn Edizzjoni Skarta bl-appoġġ ta' The Alfred Mizzi Foundation. Il-ktieb, maħdum mill-Outlook Coop, għandu disinn tal-qoxra tal-artist Pierre Portelli.
Joe Brincat (1952-2009) iddebutta fil-qasam letterarju bir-rebħ tal-Premju Francis Ebejer għad-dramm Sultan tal-Ħafjin li ttella' fit-Teatru Manoel lejn l-aħħar tal-1995.
Fil-kumment tiegħu fuq il-qoxra tal-ktieb, Adrian Grima jgħid li "Dawn il-poeżiji, mimlijin ġrajjiet kbar u żgħar ta’ passat dejjem preżenti, jirrakkontaw l-ideali u l-ipokreziji tas-snin sittin u tmenin, u l-katavri jgħumu fl-indifferenza klandestina tagħna tas-seklu l-ġdid. Imma dawn il-versi sikwit awto-kritiċi ta’ Joe Brincat jirrakkontaw ukoll l-intimità delikata tal-imħabba, l-“int u jien fil-kamra s-skura,” il-malinkonija tal-“aħħar tqarbina.”
|
|
Il-kotba ta' Edizzjoni Skarta jinbiegħu direttament lill-qarrejja u jitqassmu fil-ħwienet minn Sierra Book Distributors, www.sierra-books.com. Tista' tixtri ktieb billi tibgħat ittre lil sales@sierra-books.com. jew iċċempel fuq 2137 8576. Il-ktieb jitwassal id-dar jew kwalunkwe indirizz lokali mingħajr spejjeż żejda. |
|
|
|