|
|
Nhar is-27 ta’ Diċembru, 2008, ftit sigħat wara l-bidu tal-bumbardament mill-armata Iżraeljana, it-tabib Yousef Mousa jibgħat messaġġ iddisprat minn Gaża.
"The military operation makes the Palestinian blood fall like rain. As a consequence, the civilian population in the cities of Rafah, Khan-Younis, middle camps, Gaza City, Beit-Hanoun and Beit-Lahiya, and in the refugee camp of Jabalia is suffering from the most horrible onslaught of Israeli military power."
U din kienet għadha l-ewwel ġurnata.
Fil-ktieb Id-Demm Nieżel bħax-Xita (Edizzjoni Skarta, 2009) hemm poeżiji u novelli ġodda miktubin minn 15-il kittieb u kittieba li jgħixu f'Malta b'solidarjetà man-nies ta' Gaża.
Ħafna mix-xogħlijiet li hemm fil-ktieb inqraw f’lejla ta’ letteratura li saret fil-Chiaroscuro, il-Belt Valletta, nhar l-Erbgħa, 7 ta’ Jannar, 2009, li fiha ħadu sehem ukoll il-kantawturi Vince Fabri u Lara Vassallo.
Dan il-ktieb
qed jiġi ppubblikat bl-għajnuna ta’
RAMATTAN News Agency and Media Services.
|
|
|
Il-kotba ta' Edizzjoni Skarta jinbiegħu direttament lill-qarrejja u jitqassmu fil-ħwienet minn Sierra Book Distributors. Tista' tixtri ktieb billi tibgħat ittre lil sales@sierra-books.com. jew ċċempel fuq 2137 8576. Il-ktieb jitwassal id-dar jew kwalunkwe indirizz lokali mingħajr spejjeż żejda.
Ara l-video tal-poeżija
"Ċomb" ta' Antoine
Cassar hawn isfel.
Dan huma
l-kitbiet li hemm fil-ktieb: |
||
|
|
||
|
Ara rikording tat-tnedija f'żewġ partijiet: |
||
|
|
||
|
Il-video tal-poeżija "Ċomb" ta' Antoine Cassar
|
||
|
|
||
|
Illum -
Aħbarijiet | 11 ta’ Jannar 2008 Nr 115
Parti mill-ittra tgħid: ‘Ninsistu li l-Gvern Malti għandu jsemma’ l-vuċi tiegħu bl-iktar mod persistenti mal-gvernijiet Ewropej fil-pressjoni biex l-Iżrael iwaqqaf l-aggressjoni tiegħu, kif ukoll li jittieħdu passi konkreti għal paċi ġusta li tagħti d-dinjità lill-Palestinjani mjassra f’arthom.’
Żied jgħid li
hu ħass il-ħtieġa li jattendi kull attività li saret b’appoġġ mal-Palestina. “Mort għal
ruħi, biex ma nitlifx l-umanità tiegħi u biex niltaqa’ ma’ nies li għandhom
id-dmugħ f’għajnejhom għal din is-sitwazzjoni.” Temm jgħid li xi erba’ snin ilu kien żar il-Palestina. Minkejja li ma kienx hemm il-bumbardamenti li hemm bħalissa s-sitwazzjoni xorta ma kinitx waħda tajba.
“Rigward
l-attività nnifisha setgħet titqies bħala ċelebrazzjoni reliġjuża. Is-skiet
li kien hemm, it-tip ta’ mużika u l-kliem tal-poeżija. Il-misteru tal-ħajja,
il-misteru tat-tjubija, il-misteru tal-ħażen…” Cassola wkoll
kien irrabjat għall-massakru li għaddej bħalissa. Fil-fatt wieġeb:
“Għas-sempliċi raġuni li r-reazzjoni ta’ Iżrael hi sproporzjonata, bla
ħniena u bla ebda diskriminazzjoni għall-popolazzjoni ċivili. Saħansitra ma
tirrispettax il-bandiera tal-Ġnus Magħquda u tibbumbardja skola li ġġorr din
il-bandiera meta żgur hu post paċifiku. “Allura
l-loġika tal-Gvern Iżraelit li bil-forza tirbaħ hi żbaljata. Kif jgħid
il-Qawl Malti: ir-raġuni ma tridx forza. Il-provokazzjonijiet tal-Ħamas
mhumiex aċċettabbli lanqas. “Importanti li l-pjan Eġizzjan ta’ Hosni Bubarak għall-paċi jitwettaq u li jieqaf b’mod permanenti l-isparar miż-żewġ naħat kif ukoll jiltaqgħu madwar mejda biex jiddiskutu dwar paċi permanenti li twassal għall-għarfien ta’ żewġ stati ħielsa (il-Palestina u l-Iżrael) u ta’ żewġ popli li jgħixu ħdejn xulxin b’rispett ta’ xulxin.”
“Dan isaħħaħ il-fehma tiegħi li għandna naddottaw bi ħġarna t-Trattat ta’ Lisbona li jagħti aktar saħħa lil vuċi waħdanija tal-UE fil-politika internazzjonali.”
“Naħseb li wasal iż-żmien li dik is-sezzjoni kbira tal-poplu li nirreferu għaliha bħala s-Silent Majority issib il-vuċi fuq kwistjonijiet ta’ ambjent, ta’ użu ta’ enerġija alternattiva u wkoll politika barranija. Qed ninnota li dan qed jiġri.” “Imma ma tistax
tistenna iżjed minn hekk fil-preżent. Ir-realtà hi kiefra għan-nies
innoċenti. Fil-kamp tal-politika barranija kull pajjiż Ewropew għadu jaħseb
għal rasu.” Ix-xogħlijiet li naqraw flimkien ma’ oħrajn relatati mas-suġġett se jkunu ppubblikati fil-jiem li ġejjin fi ktejjeb li se jġib l-istess isem tal-attività, Id-Demm Nieżel bħax-Xita.
Dan l-artiklu jidher ukoll fuq il-websajt
tal-gazzetta
Illum |
||
|
|